Friday, May 3, 2024

Tagħmel u tbigħ il-pastini biex tiġbor il-flus għal Puttinu Cares

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar iddedikat għall-kampanja ta’ għarfien dwar il-kanċer tas-sider. “F’Ġunju li għadda, ziti ħarġilha kanċer f’sidirha. Din kienet it-tieni darba … nirringrazzja ‘l Alla li ziti kienet tieħu ħsieb tagħmel it-testijiet b’mod regolari għax bis-saħħa t’hekk laħqitu fi stadji bikri”. 

Stqarret dan Carlamarie Vella, f’kummenti li tat lil dan is-sit, fejn irrimarkat li permezz ta’ din l-esperjenza ħarġet bl-idea li tisfrutta l-kreattività u t-talent tagħha li għandha għall-ħelu u tibda taħmi u żżejjen  xi pastini biex tkun tista’ tbigħhom u l-flus li ddaħħal minnhom imorru għal Puttinu Cares. Għaldaqstant, dawk il-persuna li jixtiequ jgħinu, jistgħu jikkuntattjawha personalment permezz ta’ Facebook jew inkella fuq in-numru 99604528.

Hija żiedet tgħid li bħala mara li għaddiet minn esperjenza bħal din bil-marda li ħakmet lil zijitha temmen li huwa importanti immens li nkomplu nqajmu aktar għarfien sabiex kull mara tifhem l-importanza li tagħmel it-testijiet meħtieġa bħala prekawzjoni. 

“Il-messaġġ tiegħi huwa biex ħadd ma jibża’ u jagħmel appuntament biex jiġi ċċekkjat, mhux f’dan xahar biss, imma matul is-sena kollha. Taħlux żmien għax jaf ikun tard wisq,” saħqet Carlamarie.

Sport