Monday, May 13, 2024

Futsal: Karl Luke Schembri jispikka għal ŻRQ Bormla fid-draw kontra ċ-champions

Aqra wkoll

Erba’ gowls ta’ Karl Luke Schembri kienu biżżejjed għenu lil ŻRQ Bormla sabiex jieħdu punt fil-konfront delikat li kellhom iċ-champions Luxol bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-4.

Kienet logħba ferm sabiħa b’Luxol li dejjem kienu fil-vantaġġ iżda b’ŻRQ Bormla li wettqu reazzjoni minkejja li kienu 3-1 minn taħt.

Andre Ciancio u Mark Zammit skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li għal ŻRQ Bormla Karl Luke Schembri skorja erba’ gowls.

Ta’ Xbiex Futsal għelbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena 6-3 f’logħba pjaċevoli.

Stefi Cale u Redeemer Borg skorjaw żewġ gowls kull wieħed b’Liam Caruana u Kurt Bartolo jżidu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Is-selezzjoni Maltija skorjaw permezz ta’ doppjetta Samuel Christop Abela u gowl ta’ Zachary Abo Assaf.

Is-selezzjoni l-oħra ta’ taħt id-19-il sena kellhom wirja qalbiena ferm hekk kif ġew draw ta’ 3-3 kontra Sliema Wanderers.

Collin Sammut, Amin Louati u Denzel Camilleri skorjaw il-gowls tas-selezzjoni Maltija filwaqt li Jean Leite Lopes u doppjetta ta’ Juan Poveda kienu l-awturi tal-gowls għal Sliema.

University of Malta ACJ Group rebħu lil Birżebbuġa St Peter’s 7-1 f’logħba li huma ddominaw.

L-Universitarji kellhom lil Melvin Borg awtur ta’ tripletta filwaqt li Zvezdan Vukovic u Steven Camilleri għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Birżebbuġa skorjaw l-uniku gowl tagħhom minn Julien Bolard.

Swieqi United irritornaw għar-rebħ wara li għelbu lil Marsaskala Futsal 8-2.

It-tim immexxi minn Dylan Micallef kien motivat li jiksbu t-tliet punti tant importanti u skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ doppjetta ta’ Justin Theuma u Gregory Busuttil bi Brayan Stiven, Matthew Buhagiar, Cristian Sanchez u Ryan Muscat li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Gżira United Santa Margerita kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara skor ta’ 7-3 kontra Santa Venera Lightnings.

Yessous Camilleri u Leon Camilleri skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Herbert Spiteri, Bernard Sciberras u Jonathan Xerri niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Għall-Vendriżi, li għadhom ifittxu l-ewwel punti tal-istaġun, skorjaw Benjamin Azzopardi, awtur ta’ doppjetta u Vuk Rankovic.

Sport