L-aġent tal-attakkant ta’ Liverpool, Mohamed Salah, Ramy Abbas, jinsab l-Ingilterra biex jiddiskuti kuntratt ġdid għall-internazzjonali tal-Eġittu.
Il-player ta’ 29 sena kien protagonist assolut fir-rebħa kbira ta’ 5-0 li Liverpool kisbu kontra Watford nhar is-Sibt, li rah jiskorja għat-tmien logħba konsekuttiva fil-kompetizzjonijiet kollha.
Madankollu, il-futur ta’ Salah mal-ġganti minn Anfield jibqa’ inċert, bil-ftehim eżistenti tiegħu jiskadi fis-sajf tal-2023.
L-aġent ta’ Salah Ramy Abbas jinsab fl-Ingilterra qabel l-aħħar round ta’ taħditiet kuntrattwali, iżda ż-żewġ partijiet jibqgħu distakkati meta jiġu għal talbiet ta’ salarji.
Abbas irid li r-Reds joffru kuntratt ta’ £500k fil-ġimgħa lil salah, iżda Liverpool ma jidhrux f’pożizzjoni li jistgħu jonoraw dan il-ftehim.
L-ex player ta’ Chelsea skorja 10 goals u pprovda erba’ assists minn 10 logħbiet fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun u rebaħ il-Premier League u ċ-Champions League matul iż-żmien tiegħu f’Anfield.