Thursday, December 26, 2024

Taħsilx il-karozza għalissa … mistenni aktar riħ qawwi u xita bil-ħamrija

Aqra wkoll

Dawk kollha li fl-aħħar jiem marru jiġru joħorġu l-malja u l-ħwejjeġ sajfin, fadlilhom daqsxejn ieħor x’jistennew biex igawdi minn temp sajfi. Dan hekk kif skont siti tat-tbassir tat-temp jidher li hemm indikazzjoni ċara li anke l-ġimgħa d-dieħa se jkollna riħ qawwi ħafna u xi xita bil-ħamrija.

Dan ifisser li l-instabbilità fuq pajjiżna se tkompli tippersisti u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dak li jissejjaħ antiċiklun Afrikan se jibda jidħol bil-mod fil-Mediterran.

Is-Sibt li ġej se jkollna riħ qawwi għal qawwi ta’ rifnu mix-Xlokk u anke hemm possibbilità ta’ xita bil-ħamrija. Għalhekk tmiem il-ġimgħa se jkun iddominat minn temp xitwi. Il-Ħadd is-sitwazzjoni tkun ftit aħjar mis-Sibt hekk kif ir-riħ minn forza 4 Xlokk se jmur Majjistral, iżda xorta jibqa’ qawwi forza 3 għal 4.

Għal dawk li ddejqu bil-karozza kollha ħamrija wara x-xita li għamlet … taħsluhiex għalissa hekk kif aktar tard illum mistennija aktar xita, u anke sa nofs il-ġimgħa d-dieħla wkoll hemm possibbilità għolja ta’ xita bil-ħamrija.

Ekonomija

Sport