Friday, December 13, 2024

“Taħt il-PL s-saħħa f’Malta tkun ta’ livell ta’ eċċellenza” – id-DPM

Aqra wkoll

Waqt il-konferenza ‘Pajjiż b’saħħtu .. Poplu b’saħħtu’ mtella’ mill-Partit Laburista, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne fetaħ id-diskussjoni fejn tkellem b’mod vast dwar is-saħħa. Saħaq li għandna nibżgħu għal saħħitna u li l-politika tal-PL fuq is-saħħa mhix biss dwar il-mard imma wkoll mod kif nieħdu ħsieb saħħitna, kemm is-saħħa fiżika u dik mentali.

Irrefera għall-manifest tal-PL u qal li hu mimli proposti dwar is-saħħa, li jvarjaw mill-ambjent rurali, il-ħajja soċjali, l-isport u l-prevenzjoni tal-mard li hu importanti sabiex ikollha ħajja u saħħa aħjar.

Sostna li l-eżerċizzju huwa tajjeb kemm għas-saħħa fiżika kif ujkoll għas-saħħa mentali. il-manifest tal-PL qed jagħfas fuq l-eżerċizzju fiżiku. Waħda mill-proposti tal-PL hi li l-Gvern jidħol f’ċertu azjendi sabiex jgħin lill-kumpaniji ħalli fuq il-post tax-xogħol ikun hemm gym. Proposta oħra mal-kunsilli lokali sabiex ikun hemm gyms fil-miftuħ għar-residenti u ċittadini tal-lokali. Tkellem dwar il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel li Gvern laburista beħsiebu jagħmilhom aċċessibbli għall-pubbliku wkoll, sintendi f’ħinijiet li ma jkunux qed jintużaw mill-istudenti.

Proposta oħra hija li jnaqqsu l-VAT fuq l-attivitajiet sportivi biex ikun hemm aktar parteċipazzjoni. 

Tkellem ukoll dwar l-importanza li jissaħħaħ il-kunċett tal-prevenzjoni tal-mard. Hawnhekk qal li kważi 97%  tal-budget għas-saħħa, li din is-sena se jkun madwar biljun ewro, jonfquh fuq il-kura tal-mard. 

Dr Fearne aċċenna għal uħud mill-proposti li jinsabu fil-manifest tal-PL u fost l-oħrajn tkellem dwar il-genome sequencing fejn Malta ħa tkun wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li l-genome sequencing se jkun aċċessibbli fuq l-NHS. Qal li din ħa tkun qed tpoġġi lil malti fuq quddiem nett fejn tidħol mediċina.

Tkellem dwar is-saħħa mentali u semma li se jibqgħu jingħataw life skills dwar dan fl-iskejjel, u li se joħorġu l-kura fil-komunità għas-saħħa mentali.

“Dan kollu ma jistax jiġri jekk ma jkollniex il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li jkomplu jagħtu servizz impekkabbli”.

Huwa appella lill-Unjins biex iżommu quddiem għajnejhom li meta jkun hemm azzjoni industrijali fil-qasam tas-saħħa, hemm fin-nofs is-saħħa tal-pazjenti.

Fl-aħħar nett huma għamel kuntrast ma’ dak li qed jipproponu l-PN fil-manifest tagħhom fejn tidħol is-saħħa. Hawnhekk osserva li l-pern li qed jgħidu fil-manifest tal-PN: “Indaħlu charter tal-pazjenti li jistipola ż-żmien massimu ta’ stennija li l-pazjent għandu jistenna għal trattament.’

Hawnhekk Dr Fearne qal: “Jien għandi c-charter tal-pazjent, dak li qed jgħidu li se jagħmlu l-PN. Ir-ritratt tiegħi kien għad kelli x-xagħar meta ħareġ għax dan ħareġ f’Novembru 2016. Mhux fil-leġiżlazzjoni li għaddiet, imma dik ta’ qabel. Din turi l-mod, sfortunatament, dak li l-Oppożizzjoni qed tieħu f’dan is-settur mhux b’serjetà u mhux bir-riċerka. Immaġina li dawn in-nies imexxu pajjiż waqt pandemija. Ma nistax ma nagħmilx dan il-paragun bejn manifest tal-PL li huwa riċerkat u manifest tal-PN li litteralment m’għandux idea x’inhu jiġri.”

“Taħt il-PL, jekk il-poplu jagħtina fiduċja, is-saħħa f’Malta tkun ta’ livell ta’ eċċellenza,” temm jgħid.

Ekonomija

Sport