Sunday, September 8, 2024

Takefusa Kubo minflok Mo Salah?

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Eġizzjan Mohamed Salah għad fadallu biss sena kuntratt ma’ Liverpool. Hu għadu ma jafx x’se jagħmel għalkemm ir-Reds qed jassumu li kif jispiċċalu l-ftehim imur jilgħab fl-Arabja Sawdija.

Sadanittant il-gazzetti Ingliżi qed jgħidu li r-Reds se jkunu qed jaraw sew lil Takefusa Kubo, li hu attakkant ta’ Real Sociedad u li qed jispikka fil-logħob tiegħu. Hu għandu 23 sena u jiswa €50 miljun. Kollox hu possibbli f’dan l-istadju speċjalment għax il-kowċ Arne Slot iridu fit-tim tiegħu sa mill-istaġun li ġej.

Ekonomija

Sport