Tuesday, April 30, 2024

Takumi Minamino se jingħaqad ma’ Monaco

Aqra wkoll

Il-midfielder Ġappuniż, Takumi Minamino, se jingħaqad ma’ Monaco mingħand Liverpool. 

Dan il-player ta’ 27 sena naqas li jissiġilla post fit-team immexxi mill-manager Jurgen Klopp u għaldaqstant iddeċieda li jitlaq minn Anfield. 

Iżda Liverpool għamlu profitt tajjeb minn fuqu hekk kif xtrawh għal €7.5 miljuni mingħand RB Salzburg u  biegħuh għal €18-il miljun.  

Huwa mistenni jiffirma l-kuntratt nhar it-Tlieta wara li jsirlu t-test mediku. 

Sport