Wednesday, July 24, 2024

Taljan arrestat f’Malta b’Mandat ta’ Arrest Ewropew

Aqra wkoll

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija Maltija minn diversi taqsimiet, arrestaw ċittadin Taljan ta’ 50 sena li kien imfittex mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti ta’ Brindisi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija Maltija wasslu biex ikun identifikat li t-Taljan qed jgħix Malta. Wara jiem ta’ sorveljanza, l-operazzjoni tal-arrest saret kmieni dalgħodu, fejn ġie stabbilit li l-persuna qiegħda tgħix il-Mosta.

L-awtoritajiet Taljani kienu ħarġu mandat ta’ arrest fil-konfront tat-Taljan, fl-24 ta’ Jannar tal-2022, sabiex jiskonta sentenza ta’ priġunerija.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum, għal ħabta tal-12:00 p.m quddiem il-Maġistrat Giannella Camilleri Busutti sabiex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn lItalja.

Ekonomija

Sport