Monday, May 13, 2024

Taljan mixli li żamm depożiti tal-klijenti mingħajr ma ġabilhom l-għamara

Aqra wkoll

Giordano Domenico Perucchini, Taljan ta’ 56 sena li jgħix Tal-Pietà, baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li ffroda numru ta’ klijenti wara li ordnaw l-għamara mingħandu u baqa’ ma ġabilhom xejn.

L-Ispettur Eman Hayman u Shamus Woods li qed imexxu l-Prosekuzzjoni spjegaw quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li huma bdew jinvestigaw lit-Taljan wara li 5 klijenti għamlu rapport mal-Pulizija. Huma qalu li kienu ħallsu 50% depożitu uq għamara li kellha tasal minn Sqallija imma baqa’ b’xejn.

L-allegat frodi u miżapproprjazzjoni jvarja minn €500 għal €5,000. Perucchini kien qed jirrappreżenta lill-kumpanija Estea Furniture meta allegatament wettaq dan il-frodi.

Id-Difiża mmexxija minn Jean Paul Sammut qal li l-klijenti tiegħu kien għaddej minn żmien diffiċli filwaqt li s-sieħba tiegħu hija marida u qed tistenna li ssirilha operazzjoni.

Minkejja li kien hemm talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Prosekuzzjoni oġġozzjonat bil-qawwa minħabba biża’ li dan jista’ jaħrab mill-pajjiż. Il-Maġistrat Vella ordnat li t-Taljan jibqa’ jinżamm arrestat.

Sport