Antonio Santoiemma u Daniela Lorusso, żewġ ġenituri Taljani fl-aħħar sigħat tkellmu mal-Aġenzija tal-Aħbarijiet Taljana ANSA u għamlu għadd ta’ allegazzjonijiet dwar kif jinsab miżmum binhom fil-faċilità korrettiva tal-minorenni li tinsab fl-Imtaħleb. L-allegazzjonijiet tagħhom huma li binhom qiegħed jinżamm f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna.
Il-każ imur lura għal 25 ta’ Mejju, meta binthom bl-isem ta’ Flavio kien arrestat wara li kien inqagbad b’materjal splussiv fl-iskola li kien qiegħed jattendi fiha għal lezzjonijiet f’pajjiżna.
Il-ġenituri tiegħu allega li Flavio kien inżamm f’iżolament għal erbat t’ijiem f’Diviżjoni 6 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Skont huma waqt li kienu f’Kordin hu tant kellu anzjetà u stress li beda anke jweġġa’ lili nnifsu. Hu wara kien transferia lejn is-sezzjoni taż-żgħażagħ, fejn hu gġamel 35 jum li fihom kien jagħmel 22 siegħa maqful f’ċella.
Il-ġenituri allegata li hu kien sfurzat jiekol fil-wieqfa u kien jiekol b’idejh għax ma ngħatax furketta.
Huma qalu kill li bħalissa Flavio għalkemm qiegħed jitħalla jara t-televiżjoni, u anke jqatta’ xi ħin f’games room, hu xorta waħda għadu iżolat.
Skont l-Aġenzija tal-Aħbarijiet ANSA, l-Ambaxxata Taljana ġiet infurmata u qiegħda ssegwi l-każ.


