SLIEMA NEXAWIN………… 13
SIRENS BUILD FITNESS…. 17
(4-3, 4-6, 1-5, 4-3)
Sirens sfurzaw it-tielet play-off kontra Sliema li għandha tkun waħda deċisiva biex jiġi determinat min se jkun qed jilgħab fil-finali tant mistennija kontra Neptunes, li fil-play-off l-oħra għelbu lil San Ġiljan. Dan hekk kif Sirens ħarġu rebbieħa bl-iskor konvinċenti ta’ ta’ 17-13.
Sliema bdew bdew din il-partita b’vantaġġ minħabba pjazzament aħjar fi tmiem il-kampjonat regolari, hekk kif huma temmew fit-tieni post, filwaqt li Sirens temmew fit-tielet post.
Għall-kroanka ta’ din il-play-off, Sliema rebħu l-ewwel u r-raba’ sessjoni bl-iskor identiku ta’ 4-3, filwaqt li Sirens trijonfaw fit-tielet u r-raba’ sessjoni bl-iskors rispettivi ta’ 6-4 u 5-1.
Għal Sirens l-eroj assolut kien l-Ungeriż Daniel Angyal li skorja xejn inqas minn tmien goals, filwaqt li għal Sliema l-aqwa skorers kienu ż-żewġ players żgħażagħ, Benji Cachia u Elijah Schembri, li rreġistraw hat-trick personali.
Sliema: B. Busuttil, F. Di Fulvio (2), L. Galea (1), J. Gambin, J. Cassar, B. Cachia (3), J. Cutajar (2), D. Rizzo, E. Schembri (3), J. Cachia, J. Chircop, D. Zammit, M. Bonello DuPuis, S. Engerer (2), S. Busuttil
Sirens: N. Grixti, D. Angyal (8), A. Galea, G. Pace (1), J. Zerafa Gregory (1), K. Agius, M. Ortoleva (1), I. Riolo (1), P. Serracino, M. Sciberras (1), Z. Mizzi, G. Farrugia (1), A. Theuma, M. Mifsud (3), A. Dimech
Referees: Massimo Angileri, Ante Bura




