Monday, November 11, 2024

Tammetti li tlajjat għall-prostituzzjoni fil-Marsa

Aqra wkoll

Any Marcela Gomez, Kolombjana ta’ 33 sena u li tgħix il-Gżira ammettiet quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li tlajjat għall-prostituzzjoni fil-Marsa. Hija tressqet il-Qorti mill-Ispettur Shamus Woods.

Il-mara ġiet akkużata li fit-28 ta’ Mejju tas-sena l-oħra, fil-ġimgħat u xhur ta’ qabel tlajjat għall-prostituzzjoni. Hija ġie akkużata wkoll li f’Settembru tal-istess sena wżat post fil-Marsa biex twettaq burdell.

Il-Qorti meta ġiet biex tagħti s-sentenza qieset il-kondotta nadifa ta’ Gomez. Kien għalhekk li kkundannata 13-il xahar ħabs sospiżi għal 18-il xahar u multa ta’ €200.

Sport