Peress li din hija NGO tibbaża ħafna fuq id-donazzjonijiet tal-pubbliku, dalgħodu għamlet appell urġenti għad-donazzjonijiet minħabba spejjeż kontinwi biex jagħtu ħajja ġdida liż-żwiemel.
Din l-NGO mhux biss issalva ‘l fuq minn 100 żiemel fis-sena, bil-maġġoranza tagħhom jibgħatuhom l-Ingilterra, iżda bħalissa hemm 87 żiemel fil-kura tagħhom.

Apparti mill-ispejjeż involuti għat-trasport taż-żwiemel lejn l-Ingilterra, l-ispejjeż tal-ikel ma naqsux u spjegaw li għandhom bżonn il-flus biex ikunu jistgħu jgħinu aktar żwiemel.
Għal din ir-raġuni huma qalu li għandhom bżonn li jinġabru €400, flus li se jkunu qed imorru biex jagħtu ħajja denja għaż-żwiemel fil-bżonn.
Kull qatra tgħodd biex dan il-proġett jista’ jkompli għaddej. Tista’ tagħmel dan permezz tal-Paypal [email protected]; IBAN MT53VALL22013000000040023793448; Revolut 99947633 u tidħol fuq: https://gogetfunding.com/in-desperate-need-of-help-3/