Friday, December 13, 2024

Tappella għal politika li ttejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-ħaddiema

Aqra wkoll

B’reazzjoni għaż-żieda fl-għoli tal-ħajja, l-organizzazzjoni Xellugija Żminijietna appellat lill-partiti politiċi biex jappoġġjaw żieda fid-dħul tal-paga minima; għal reviżjoni tal-COLA u għal qafas legali li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ food couriers’.”

Żminijietna żiedet tgħid “li żieda fil-paga minima twassal f’kundizzjonijiet ta’ għajxien aħjar għal ħaddiema bi dħul baxx.

Fir-rigward tal-għoli tal-ħajja, Żminijietna tappoġġja t-talba tal-unions għal reviżjoni tal-COLA kull sitt xhur, aktar milli fuq bażi annwali.

Barra minn hekk, Żminijietna tinsisti li ‘food couriers’ għandhom ikunu ntitolati għal kundizzjonijiet deċenti ta’ l-impjieg. Dan jista’ jiġi indirizzat biss billi jingħataw status legali li jikklassifikahom bħala impjegati.

Fir-rigward tal-użu tal-enerġija fid-djar, Żminijietna tappoġġja l-politika tal-Gvern li żżomm il-prezzijiet tal-enerġija affordabbli, u fost l-iktar baxxi fl-Unjoni Ewropea.

Ekonomija

Sport