Friday, May 3, 2024

Inqas minn 40% tal-immigranti rregolari jmorru lura f’pajjiżhom

Aqra wkoll

Inqas minn 40% tal-immigranti rregolari jirritornaw lura lejn pajjiżhom wara li jkunu ordnati jitilqu minn stati membri tal-Unjoni Ewropea. Dan jirriżulta minn studju speċjali li għamlet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-ażil, ir-rilokazzjoni u r-ritorn tal-immigranti lura lejn pajjiżhom.

Ir-Rapport jidentifika r-raġunijiet għal dan u jelenka n-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-pajjiżi ta’ oriġinu bħala l-ikbar diffikulta u ostaklu biex dawn l-immigranti rregolari jkunu jistgħu jmorru lura lejn pajjiż li minnu jkunu telqu. Minn dan il-fatt, l-iktar milquta huma l-Italja u l-Greċja.

Lura lejn l-2015, il-Kummissjoni Ewropea kienet ħabbret Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-ritorn lejn pajjiżhom ta’ immigranti rregolari u dakinhar kienet irrikonoxxiet illi is-sistema ta’ ritorn tkun effettiva biss jekk din tingħata prijorita fir-relazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

L-istess Pjan ta’ Azzjoni għaraf ukoll illi r-ritorn ta’ ċittadini lura lejn pajjiżhom huwa obbligu rikjest mil-liġi internazzjonali.

Sena wara, fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea nidiet dik li hi magħrufa bħala Migration Partnership Framework li għamel il-migrazzjoni parti mill-politika barranija ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan kien wassal għal rakkomandazzjonijiet dwar kif il-proċess ta’ ritorn ta’ immigrant lejn pajjiżhom isir iktar effettiv.

Sport