Tuesday, April 30, 2024

Taqtiegħa bejn Manchester United u Tottenham għal Kieran Trippier?

Aqra wkoll

Manchester United u Tottenham Hotspur qed jikkunsidraw offerta f’Jannar għad-difensur ta’ Atletico Madrid, Kieran Trippier.

Wara esperjenza ta’ suċċess fil-Wanda Metropolitano, l-internazzjonali Ingliż issemma’ li jista’ jirritorna fil-Premier League ix-xahar id-dieħel.

Newcastle United huma meqjusa bħala favoriti biex jiffirmaw lill-player ta’ 31 sena, il-Magpies ma għandhom l-ebda problema biex jilħqu l-valutazzjoni ta’ Atletico li hu maħsub li huwa ta’ madwar £20 miljun bħala riżultat tal-kuntratt tiegħu li jiskadi fis-sajf.

Madankollu, tmien clubs oħra qegħdin fit-taqtiegħa għal Trippier, fosthom Man United u Spurs.

Filwaqt li United kienu ħerqana li jsaħħu l-għażliet tagħhom fid-difiża għal numru ta’ twieqi tat-trasferimenti, Spurs huma miftuħa għal rijunjoni ma’ player li biegħu fl-2019.

Aston Villa, Crystal Palace, Everton u Wolverhampton Wanderers identifikaw ukoll lil Trippier bħala mira potenzjali.

Sport