Thursday, April 18, 2024

Arsenal lesti jisimgħu l-offerti għal Pierre-Emerick Aubameyang

Aqra wkoll

Arsenal huma lesti jisimgħu l-offerti għal Pierre-Emerick Aubameyang matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Miżuri dixxiplinarji, mhux l-ewwel tiegħu fl-Emirates Stadium, wasslu biex Aubameyang jitneħħa minn captain u jitlef l-aħħar erba’ partiti.

Meta mistoqsi dwar is-sitwazzjoni li għaddejja, il-manager Mikel Arteta ssuġġerixxa li ma ddeċidiex jekk l-internazzjonali tal-Gabon hux se jirritorna fl-iskwadra fil-futur.

L-Ispanjol jista’ jkun lest li jerġa’ jintegra lill-player ta’ 32 sena jekk iħoss li jista’ jafda lill-attakkant ta’ esperjenza.

Minkejja dan, Arsenal huma lesti wkoll li jilqgħu proposti għall-player, kemm jekk fuq bażi permanenti jew temporanja.

Barcelona u Juventus huma maħsuba li huma fost it-timijiet li għandhom interess f’Aubameyang, sakemm ikunu jistgħu jsibu mod kif jonoraw il-pagi tiegħu.

Ekonomija

Sport