Friday, April 19, 2024

Tarbija ta’ 22 xahar fost dawn midrubin f’attakk b’sikkina f’park fi Franza

Aqra wkoll

Tarbija ta’ 22 xahar u tifel ieħor li għandu inqas minn 3 snin kif ukoll adult jinsabu fil-periklu tal-mewt wara li raġel suspettat li hu immigrant Sirjan beda jattakk lin-nies b’sikkina f’park fi Franza.

Il-Ministru għall-Intern Franċiż Gérald Darmanin qal li f’dan l-attakk indarbu diversi persuni fosthom ħafna tfal. Il-Ministru rringrazzja lil uffiċjali tal-pulizija li kienu fuq il-post fi ftit ħin u arrestaw lil aggressur.

Skont dakli qed jiġi rraportat fil-midja internazzjonali l-persuna li wettqet l-attakk hu Abdaknasug H, Sirjan ta’ 31 sena li għandu l-istat ta’ refuġjat fl-Iżvezja.

Hu għandu reliġjon Kristjana u hu miżżewweġ mara Żvediża fejn għandhom tifel ta’ 3 snin.

Sport