Thursday, December 26, 2024

Tarbija tmut wara li vann daħal f’bankina biex jevita inċident tat-traffiku fl-Ingilterra

Aqra wkoll

Tarbija ta’ ftit xhur tilfet ħajjitha kawża ta’ ġrieħi serji f’moħħha. Dan wara li vann baqa’ dieħel f’bankina li fuqha kien hemm l-istess tarbija fi pram li kienet qed tinstaq minn mara fl-Ingilterra.

Louis

Il-każ imur lura għat-22 ta’ Jannar 2021, meta Rachael Thorold kienet qed issuq il-pram, li fiha kien jinsab binha Louis ta’ ħames xhur, fuq bankina f’Cambridge. Vann baqa’ dieħel fihom it-tnejn; sfortunatament, it-tarbija ġiet iċċertifikata mejta fl-Isptar Addenbrooke, f’Cambridge filwaqt li l-omm sofriet ġrieħi serji. Rachael qattgħet għaxart ijiem f’koma u b’kollox għamlet kważi erba’ xhur l-isptar.

Louis m’ommu Rachael

Il-Qorti semgħet kif dakinhar tal-inċident, persuna ta’ 75 sena, li dak iż-żmien ma kienx għadu magħruf li kienet tbati mid-dimensja, kienet qed issuq vettura tal-għamla Mazda 2 meta għal xi raġuni saqet fid-direzzjoni ta’ vann li kien ġej mid-direzzjoni opposta. Immedjatament, is-sewwieq tal-vann tal-għamla Renault  prova jevita l-inċident u spiċċa biex daħal f’bankina li fuqha kien hemm Rachael u binha. L-anzjana ġiet meħlusa abbażi tal-istat mentali.

Minn inkjesta li saret ilbieraħ f’Peterborough Town Hall qabel ma l-każ mar quddiem il-Qorti, intqal li minn testijiet li saru s’issa fl-Isptar jidher li Louis miet kawża ta’ “ġrieħi serji f’moħħu”.

“Ikun xi jkun il-verdett, dan mhux se jġib lil Louis lura; il-familjari tiegħu se jkollhom jgħixu din ir-realtà kiefra għall-bqija ta’ ħajjithom. Però, dan l-inċident għandu jservi ta’ tagħlima sabiex jiġu evitati inċidenti ta’ dan it-tip,” saħaq is-Surġent Mark Dollard.

Ekonomija

Sport