L-Ukrajna kkwalifikaw għall-finali tal-Play-off tat-Tazza tad-Dinja 2022 meta għelbu lill-Iskozja 3-1, b’goals minn Andriy Yarmolenko (33), Roman Yaremchuk (49) u Artem Dovbyk (95) filwaqt li Callum McGregor (79) wieġeb għall-Iskoċċiżi.
B’hekk, nhar il-Ħadd li ġej, huma jilagħbu kontra Wales biex jiġi magħruf ir-raba’ team ta’ Grupp B tal-fażi finali li se tintlagħab fil-Qatar, f’Novembru li ġej. Dan il-grupp jinkludi lill-Ingilterra, l-Istati Uniti u l-Iran.
Kienet lejla emozzjonant għal dan it-team li ġarr miegħu li qerda ta’ pajjiżu wara li ġie invadut mill-qawwiet Russi li għalu ħerba b’eluf ta’ mwiet.