Friday, April 19, 2024

Jeħel 18-il xahar ħabs wara li ta 12-il daqqa ta’ sikkina lill-kelba tiegħu u ħallieha tmut waħidha

Każ li ġara fl-Ingilterra

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Luke ProfLuke Proffit ta’ 22 sena weħel 18-il xahar ħabs wara li ta 12-il daqqa ta’ sikkina lill-kelba tiegħu u abbandunaha fl-istess bajja. 

Bella, il-kelba li ġejja mir-razza tal-German Shepherd, instabet ħajja minn xi nies li kienu fil-viċinanzi. Immedjatament ħaduha għand tabib tal-annimali iżda dakinhar stess hija mietet b’kawża tal-ġrieħi li kellha. 

Għaqda li tieħu ħsieb l-annimali abbandunati qalet li f’Diċembru li għadda rċeviet telefonata fejn ġew infurmati li nstabet kelba feruta. Hekk kif marru fuq il-post sabu lill-kelba mimlija demm tant li lanqas setgħet timxi minħabba l-feriti li kellha. 

Fil-Qorti ntqal li l-kelba sofriet diversi ġrieħi f’għonqha kif ukoll żewġ feriti kbar f’ġisimha. Ħareġ biċ-ċar li minħabba f’hekk il-kelba għaddiet minn tbatija kbira tant li wasslet għall-mewt tagħha. 

Ir-raġel malli ġie arrestat qal lill-pulizija li “Mhuwiex illegali li toqtol il-kelb tiegħek”. Ftit wara hu ammetta dak li għamel. 

Ir-raġel kien diġà jinsab fuq sentenza sospiża dwar każ ieħor. 

Sport