Friday, May 3, 2024

Tazza tad-Dinja 2022: Lejla emozzjonanti għall-Ukrajna

Aqra wkoll

L-Ukrajna kkwalifikaw għall-finali tal-Play-off tat-Tazza tad-Dinja 2022 meta għelbu lill-Iskozja 3-1, b’goals minn Andriy Yarmo­lenko (33), Roman Yaremchuk (49) u Artem Dovbyk (95) filwaqt li Callum Mc­Gregor (79) wieġeb għall-Iskoċċiżi. 

B’hekk, nhar il-Ħadd li ġej, huma jilagħbu kontra Wales biex jiġi magħruf ir-raba’ team ta’ Grupp B tal-fażi finali li se tintlagħab fil-Qatar, f’Novembru li ġej. Dan il-grupp jinkludi lill-Ingilterra, l-Istati Uniti u l-Iran. 

Kienet lejla emozzjonant għal dan it-team li ġarr miegħu li qerda ta’ pajjiżu wara li ġie invadut mill-qawwiet Russi li għalu ħerba b’eluf ta’ mwiet. 

Sport