Sunday, December 22, 2024

Tazza tad-Dinja: “Jieqaf id-diskors kollu … l-Italja hija eliminata għalkollox”

Il-President tal-FIGC, Gabriele Gravina

Aqra wkoll

Il-president tal-FIGC, Gabriele Gravina, jinsab ‘għajjien’ bid-diskors li l-Italja tingħata t-tieni ċans biex tidħol fit-Tazza tad-Dinja tal-Qatar wara d-diżastru tal-play-off tagħ­hom.

Xi partitarji Azzurri għadhom bit-tama li t-team nazzjonali b’xi mod jitħalla jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja li ġejja, minkejja li tilef 1-0 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq fil-play-off lura f’Marzu. It-team issa jeħtieġ li jerġa’ jibni qabel il-Kampjonat Ewropew li se jsir fil-Ġermanja fl-2024.

Waqt li kien qed jitkellem qabel il-konfront tan-Nations League kontra l-Ġermanja, Gravina iddiskuta l-konversaz­zjoni ta’ għejja tat-tieni ċans għall-Azzurri.

“Irrid niftaħ diskussjoni fuq kwistjoni waħda, li hija t-tieni ċans għat-Tazza tad-Dinja, dan qed jagħmilna inqas kredibbli. L-Italja tinsab barra mit-Tazza tad-Dinja, tlifna fil-ground u li naħsbu għat-tieni ċans huwa disprezz u li ma nkunux kredibbli.”

Imbagħad wieġeb għas-sejħiet biex hu u l-coach Roberto Mancini jirriżenjaw wara li fallew fil-kwalifikazzjoni għat- Tazza tad-Dinja.

“Nixtieq nagħmilha ċara, li att bħal dan kien iġib konsegwenzi negattivi, tassew taħseb li r-riżenja tiegħi u ta’ Mancini kienet tiġġenera effetti pożittivi?

“Inħobb niffaċċja l-problemi u nieħu r-responsabbiltà għalihom. Hija fażi delikata, irridu nibnu mill-ġdid il-kredibilità tagħna.”

Fl-aħħarnett, Gravina ddiskuta l-aspettattivi tiegħu għall-konfront tas-Sibt kontra l-Ġermanja li ntemm fi draw ta’ 1-1.

“Dejjem għedna l-verità lit-Taljani, nafu li kultant tkun skomda wkoll. Aħna ġejjin minn riżultat straordinarju.

“Il-Kampjonat Ewropew intrebaħ minn team normali li sar speċjali, iżda dan it-team reġa’ lura għan-normal u issa qed ibati għax kellna l-injuries, uħud għajjiena ħafna, oħrajn għandhom limiti ta’ età u Chiellini rtira.

“Nistenna logħba marbuta ma’ reazzjoni ta’ kburija, mhux logħba li ssolvi jew tiggrava l-problemi,” tenna Gravina li l-wirja u r-riżultat tawh raġun minkejja li Mancini kważi bidel it-team kollu

Iż-żewġ timijiet l-oħra fl-istess grupp mal-Italja u l-Ġermanja huma l-Ingilterra u l-Ungerija, li aktar qabel kienu dawn tal-aħħar li rebħu 1-0 b’goal minn penalty ta’ Dominik Szoboslai fis-66 minuta.

Ekonomija

Sport