Malta……………13
Slovakkja………11
13-11 (4-5, 2-3, 3-0, 1-2 … 3-1)
(wara l-għoti tal-penalties)
Wara telfa ristretta ta’ kontra l-Brażil, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa tal-waterpolo kiseb l-ewwel rebħa fit-Tazza tad-Dinja Div. 2 meta għeleb lis-Slovakkja bl-iskor ta’ 13-11 wara l-għoti tal-penalties. Dan wara li l-iskor sa tmiem il-ħin regolamentari kien dak ta’ 10-10.
Il-goals għall-Maltin waslu minn poker ta’ Elena Borg, hat-trick ta’ Martha Perici Ferrante, doppjetta ta’ Kendra Navarro u goal wieħed minn Eyla Schembri.
Il-captain tat-tim nazzjonali Malti Elena Borg ġiet ivvutata bħala l-Player tal-Logħba.


