Minn Cristian Muscat
Ikomplu l-prestazzjonijiet mill-aqwa minn Mireya Bugeja li qed tikkompeti fl-Istati Uniti.
Dan hekk kif kif proprju fil-jiem li għaddew kisber record nazzjonali ta’ taħt il-20 u t-23 sena li għad ħad irid jiġi ratifikat fil-1500m b’ħin ta’ 4:23.22
Din kienet prestazzjoni oħra b’saħħitha hekk kif Mireya qed tkompli tgħolli l-istandard għall-atleti Maltin fuq distanza medja.
Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Mireya nnifisha fl-istsi Uniti fejn tatna dawn il-kummenti:
“Kuntenta b’dan ir-riżultat speċjalment għaliex l-ewwel ftit xhur ta’ bidla fis-sistema tat-taħriġ ma kinux faċli, għaliex kollox kien għadu ġdid, u s’issa stess għadni qed nitgħallem affarijiet ġodda.”
“Il-fatt li rnexxieli ntejjeb il-ħin personali tiegħi hija indikazzjoni tajba li miexja fit triq it tajba. Ninsab grata għall-familjari u ħbieb kollha li xorta jissapportjawni għalkemm qegħdin il-bogħod. Issa ninsab eċitata biex inkompli naħdem u nara fejn kapaċi nasal.”


