Johnstone Burgh FC, li jilgħab fil-ħames diviżjoni tal-football Skoċċiż, se jkollu jilgħab żewġ partiti tat-tazza fl-istess jum, is-Sibt 21 ta’ Novembru, b’waħda tibda fis-2.30 pm u l-oħra fit-3.00 pm.
Team wieħed se jaffronta lil Tayport fl-iScottish Communities Cup, filwaqt li team ieħor se jilgħab kontra Dunipace fil-Lowland League Cup.
Il-klabb qal li pprova kull soluzzjoni possibbli biex jevita din il-konfużjoni, fosthom li jbiddel id-dati tal-partiti tal-kampjonat u tat-tazza, jilgħab f’nofs il-ġimgħa jew filgħaxija, iżda ma ntlaħaq l-ebda ftehim.
Johnstone Burgh FC esprimew id-diżappunt tiegħu u sostna li għamel minn kollox biex ikun jista’ jikkompeti fiż-żewġ logħbiet bl-aqwa skwadra disponibbli.




