Team The Rest rebħu l-avveniment annwali tal-golf Malta vs The Rest organizzat mir-Royal Malta Golf Club, u b’hekk temmew l-istaġun 2025/26 b’rebħa fuq Team Malta.
Din kienet kompetizzjoni bejn l-aqwa plejers Maltin tal-golf kontra l-plejers barranin ibbażati f’Malta u li saret f’atmosfera ta’ ħbiberija
L-ewwel jum ta’ logħob kien jinkludi sitt logħbiet ta’ alternate shot, format li tradizzjonalment jiffavorixxi lit-tim Malti, b’Malta jakkwistaw vantaġġ żgħir ta’ 3.5 kontra 2.5. Fit-tieni jum, is-sitt logħbiet fourball betterball spiċċaw indaqs bi tliet rebħiet kull naħa, u b’hekk il-kompetizzjoni baqgħet miftuħa.
Qabel il-jum finali tas-singles, Malta kellhom bżonn 5.5 punti biex iżommu jirbħu, filwaqt li “The Rest” kellhom bżonn seba’ punti minn 12-il logħba biex jiksbu s-suċċess li riedu. Eventwalment, The Rest kisbu tmien punti biex rebħu b’mod ġenerali 13.5–10.5 u ħadu lura x-xabla, il-premju abbinat ma’ din il-kompetizzjoni.
Team Malta kien magħmul minn Peter Naudi, Andrew Naudi, Nicholas Scerri, Franco Degabriele, Phil Sammut, Sam Azzopardi, Nick Urpani, Nick Laferla, Ruud Critien, Mark Ganado, Danijel Bogdanovic u Jay Jay Micallef,
Min-naħa tagħhom, it-tim rebbieħ The Rest kellhom lil Tony Kjaldstrom, Steve Dodd, Pavel Lunev, Bryan Paterkin, Steve Paterson, Victor Henri, Andy Featherstone, Tim Cleasby, Peter Canaki, Noah Gratil, Zhetang Zhang u Anders Bergman.

