Wednesday, June 17, 2026

San Ġwann Boċċi Club jiksbu rebħa prestiġġjuża kontra St Peter’s Żabbar

Aqra wkoll

San Ġwann Boċċi Club ħasdu lil St Peter’s Żabbar u rebħulhom 21-17 fil-11-il ġurnata u tmiem l-ewwel round tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi. Din kienet daqqa ta’ ħarta għaż-Żabbarin li għalkemm baqgħu fit-tieni post, jinsabu żewġ punti taħt il-leaders Għaxaq li min-naħa tagħhom baqgħu għaddejjin bit-triq tar-rebħ hekk kif għelbu lill-Imsida 21-13.

Żejtun u Lija ddominaw il-konfronti tagħhom kontra Żurrieq (21-4) u Birkirkara (21-3) rispettivament filwaqt li Qormi San Bastjan kisbu rebħa ta’ 21-11 kontra Santa Venera.

Finalment Buġibba kienu aħjar minn Żebbuġ tant li rebħu 21-12.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI

Għaxaq 11, St. Peter’s Żabbar 9, Msida 8, Żejtun 7, Żurrieq 6, Lija 6, Birkirkara 4, Santa Venera 4, Buġibba 3, San Ġwann 3, Qormi San Bastjan 3, Żebbuġ 2

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport