Thursday, April 18, 2024

Teddy Teuma jiskorja għal St Gilloise fil-UEFA Europa League

Aqra wkoll

Il-midfielder Franċiż naturalizzat Malti, Teddy Teuma, kien fost l-iskorers għal St Gilloise fir-rebħa ta’ 3-0 fuq Union Berlin liema partita kienet valida mit-tieni leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Europa League biex ikkwalifikaw għall-kwarti-finali b’aggregate ta’ 6-3. 

Kien huwa, bil-faxxa ta’ captain, witta t-triq ta’ din ir-rebħa meta fetaħ l-iskor fit-18-il minuta meta. Imbagħad il-Belġjani rduppjaw minn Lazare Amani (63) filwaqt li, fit-80 minuta,  it-team Ġermaniż spiċċa jilgħab bi player inqas meta tkeċċa Janik Haberer għal żewġ karti sofor. 

Fil-ħin miżjud, Loic Lapoussin issiġilla r-rebħa għal skor finali ta’ 3-0. 

Ekonomija

Sport