Friday, April 19, 2024

Telfa għal Ronaldo u Al-Nassr fis-Super Cup Sawdita

Aqra wkoll

Cristiano Ronaldo għadu qed jistenna l-ewwel goal tiegħu ta’ Al-Nassr wara li fit-tieni partita tiegħu ma’ Al-Nassr mhux talli ma rnexxielux jiskorja iżda ħareġ tellief fis-semi-finali tas-Super Cup Sawdita kontra Al-Ittihad. 

S’issa l-attakkant Portugiż naqas li jkollu mpatt kbir hekk kif it-team tiegħu ħareġ tellief bl-iskor ta’ 3-1 grazzi għal goals minn Romarinho, Hamdallah u Al-Shaqeeti filwaqt li Talisca skorja għal Al-Nassr.

Madankollu, Ronaldo resaq viċin, hekk kif daħal fl-azzjoni ftit qabel il-mistrieħ, kellu daqqa ta’ ras b’saħħitha salvata mill-goalkeeper Grohe. 

Mas-suffara finali huwa deher frustat fejn għadu ma laħaqx il-forma tiegħu hekk kif fiż-żewġ logħbiet huwa nkwadra l-lasti avversarji f’okkażjoni waħda. 

Sport