Friday, December 13, 2024

Telfa kbira għall-komunità Maltija fl-Awstralja u l-kultura Maltija

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kienet ħasda l-Ħadd filgħodu hekk kif ġejna infurmati fil-mewt ta’ Lino Vella, Malti li kien jgħix l-Awstralja u li ddedika ħajtu għall-ilsien Malti ui l-kultura Maltija. Hu kien jieħu ħsieb il-gazzetta Maltese Herald, li prattikament kienet tgħaqqad  il-komunità Maltija fl-Awstralja.

Lil Lino sirt nafu snin ilu. Kull meta tkellimna dejjem kien lest jgħin fejn jidħlu materji marbutin mal-Maltin fl-Awstralja. Simpatiku għall-aħħar. Dejjem meqjus fi kliemu. 

Lino kien twieled f’Raħal Ġdid u miet fi Blacktown, NSW, l-Awstralja fl-età ta’ 85 sena. Hu emigra lejn l-Awstralja 68 sena ilu u għamel snin sħaħ imexxi l-gazzetta Maltese Herald. Mhux hekk biss, imma hu kien jilgħab u attiv fil-Melita Eagles. Lino kien ingħata Ġieħ ir-Repubblika għaxar snin ilu.

Diversi emigranti Maltin sellmulu lbieraħ. Emanuel Fenech ikkummenta li “grazzi ta’ dak kollu li għamilt għalina l-Maltin tal-Awstralja, li tajtna vuċi biex aħna nwasslu messaġġi u għajnuna. Dejjem kont hemm għalina biex tgħinna nkattru l-ilsien u kultura Maltija fl-Awstralja u globalment. Il-Maltese Herald kienet tasal għand ħafna Maltin. Kienet tgħaqqadna u tkattar l-identità tagħna. Dak kollu li kont tagħmel hu apprezzat u jibqa’ għal ħafna snin, bħal eku f’qalb il-Maltin u l-Għawdxin! Nemmen li ħidma tiegħek tkompli tagħmel frott”.

Ekonomija

Sport