Il-weightlifter żagħżugħa Maltija Tenishia Thornton kienet fl-azzjoni fl-IWF Junior World Championships li qed isiru f’León fi Spanja. Thornton ħadet sehem fil-kategorija 64A.
Fl-Snatch hija kellha refa’ ta’ 85kg, tilfet it-tieni refgħa li kienet ta’ 88kg iżda mbagħad irnexxielha tagħmel it-tielet tentattiv ta’ 88kg.
Fil-Clean and Jerk, Thornton tilfet ir-refgħa ta’ 106kg minħabba uġigħ addominali. Hija pero għamlet rimonta u fit-tieni tentattiv irnexxielha tagħmel il-106kg. Fit-tielet tentattiv Thornton refgħet 1kg iktar mir-rivali tagħha Taljana biex kellha refgħa ta’ 109kg.
Tenishia spiċċat b’total ta’ 197kg u temmet fl-għaxar post fil-world rankings.