Saturday, November 7, 2026
Home Sport Tennis: Alcaraz jegħleb lil Fritz u jgħin lil Rafael Jodar jikkwalifika għall-ATP...

Tennis: Alcaraz jegħleb lil Fritz u jgħin lil Rafael Jodar jikkwalifika għall-ATP Finals 

0
21

Carlos Alcaraz għeleb lil Taylor Fritz 6-7, 7-5, 6-3 biex għadda għas-semi-finali tal-Paris Masters wara rimonta impressjonanti.

L-Amerikan kien viċin ir-rebħa fit-tieni set, iżda Alcaraz salva żewġ match points qabel dawwar il-logħba favur tiegħu.

It-telfa ta’ Fritz kellha wkoll konsegwenza importanti għall-ATP Finals, hekk kif assigurat lil Rafael Jodar l-aħħar post disponibbli fit-tournament f’Turin. 

L-Ispanjol ta’ 20 sena kiseb din il-kwalifikazzjoni wara staġun pożittiv, li fih rebaħ l-ewwel titlu tiegħu fl-ATP Tour f’Marrakech u wasal sal-kwarti tal-finali tal-Open ta’ Franza. Alcaraz issa jħares lejn is-semifinali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here