It-tennista Brittaniku Dan Evans għadda għall-kwarti tal-finali tal-Ernste Bank Open meta għeleb lir-Russu Karen Khachanov 6-2, 6-2 f’ħin ta’ siegħa u 16-il minuta.
Evans kellu wirja tajba ħafna hekk kif rebaħ 74 fil-mija tal-punti tiegħu u kiseb 19-il punt rebbieħ kontra l-11 ta’ Khachanov.
Issa Evans se jiltaqa’ kontra Denis Shapovalov jew Taylor Fritz li aktar tard illum jilagħbu l-partita tagħhom mill-fażi tal-aħħar 16.