Marketa Vondrousova saret l-ewwel player mhux issidjata li rebħet it-titlu tas-singles tan-nisa ta’ Wimbledon fl-Era Open hekk kif l-istennija ta’ Ons Jabeur għal titlu maġġuri tkompli.
Vondrousova, 24 sena, tinsab fit-42 post fid-dinja wara li tilfet sitt xhur tal-istaġun li għadda b’injury fil-polz.
Iżda ċ-Ċeka kkontrollat in-nervi tal-okkażjoni ħafna aħjar minn Jabeur li kienet finalista fl-2022 biex rebħet il-finali 6-4 6-4.
Meta din is-sena l-premjijiet kollha kellhom żieda sinifikanti, Vondrousova se tmur lejn id-dar bil-premju ta’ £2,350,000 miljuni waqt li Jabeur messa £1,175 miljuni.