Saturday, November 23, 2024

Tennis: Iga Swiatek eliminata

Aqra wkoll

Il-Pollakka, Iga Swiatek, rat is-sensiela ta’ 25 rebħa fuq it-tafal ta’ Pariġi tiġi mitmuma meta fis-semi-finali ġiet eliminata miċ-Ċiniża Zheng Qinwen.

Swiatek, 23 sena, rebħet l-aħħar tliet French Opens f’Roland Garros, iżda ġiet megħluba 6-2 7-5 mis-sitt seed Zheng fl-istess post.

It-telfa hemmhekk għall-ewwel darba mill-2021 kienet daqqa ta’ ħarta iebsa għan-numru wieħed dinja.

L-Ispanjol Carlos Alcaraz kompla bit-tentattiv tiegħu biex isir l-iżgħar player li jirbaħ id-deheb fl-Olimpjadi tas-singles tal-irġiel.

Iċ-champion renjanti tal-French Open u Wimbledon wasal sas-semi-finali b’rebħa 6-3 7-6 (9-7) fuq id-disa’ seed, l-Amerikan Tommy Paul.

Sport