Iċ-champion renjanti tal-US Open, Novak Djokovic, segwa l-eliminazzjoni ta’ Carlos Alcaraz hekk kif ġie sorpriż mill-Awstraljan, Alexei Popyrin, fit-tielet round.
It-28 seed tal-Awstralja, Popyrin, baqa’ b’idejh ’l fuq hekk kif kiseb rebħa sorpriża 6-4 6-4 2-6 6-4 biex ta lil Djokovic l-aktar eliminazzjoni bikrija ta’ dan it-tournament fi 18-il sena.
Is-Serb se jispiċċa s-sena mingħajr ir-rebħ ta’ Grand Slam għall-ewwel darba mill-2017, filwaqt li t-tfittxija tiegħu għal rekord tal-25 titlu ewlieni tkompli għaddejja.
Djokovic kien ‘il bogħod mill-forma klinika tiegħu meta wettaq 14-il żball doppju u 49 żball mhux sfurzat.
“Din il-wirja kienet waħda mill-agħar li qatt lgħabt,” qal il-player ta’ 37 sena.
“Onestament, il-mod kif ħassejtni u l-mod kif lgħabt mill-bidu ta’ dan it-tournament, it-tielet round huwa suċċess.”
L-eliminazzjoni ta’ Djokovic issegwi dak tal-Open ta’ Franza u r-rebbieħ ta’ Wimbledon Alcaraz, li fit-tieni round tilef kontra l-Olandiż Botic van de Zandschulp, li mhuwiex issidjat.