Saturday, September 26, 2026
Home Sport UEFA Nations League – Players tal-Irlanda qed jikkunsidraw li ma jilagħbux kontra...

UEFA Nations League – Players tal-Irlanda qed jikkunsidraw li ma jilagħbux kontra l-Iżrael

0
61

It-taħriġ tat-team nazzjonali tal-Irlanda ġie ttardjat wara li l-players iltaqgħu l-Ġimgħa filgħaxija biex jiddiskutu l-pożizzjoni tagħhom qabel il-logħba kontroversjali tal-UEFA Nations League kontra Iżrael.

Il-logħba se tintlagħab fi stadium newtrali f’Debrecen, fil-Lvant tal-Ungerija. Il-goalkeeper ta’ Bolton Wanderers, Gavin Bazunu, mhux se jkun disponibbli għall-għażla wara li informa lil sħabu u lill-FA tal-Irlanda li ma jħossx li jkun sewwa li jieħu sehem fil-logħba.

Huwa mifhum li numru ta’ players oħra qed jikkunsidraw jieħdu l-istess pożizzjoni.

Il-ġurnalisti mill-Irlanda u minn Iżrael kienu diġà miġbura fil-kamra tal-konferenzi stampa tan-Nagyerdei Stadion, f’Debrecen, meta tħabbar id-dewmien, ftit minuti biss qabel ma l-coach tal-Irlanda, Heimir Hallgrímsson, kellu jidher quddiem il-media flimkien ma’ player.

Ftit wara sar magħruf li t-team kien għadu fil-lukanda u ma kienx telaq lejn l-istadium. B’hekk, anke s-sessjoni ta’ taħriġ li kellha ssir fil-gound ġiet posposta.

Uffiċjal tal-UEFA li kien preżenti fl-istadium qal li ma setax jikkonferma r-raġuni għad-dewmien. Madankollu, jidher li dan huwa marbut mar-rapporti li ħarġu matul il-lejl li l-players Irlandiżi għadhom mhux kuntenti bl-arranġamenti għal-logħba, li hija skedata li tintlagħab il-Ħadd filgħaxija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here