Saturday, November 9, 2024

Tennis: Possibbiltá li Novak Djokovic ma jieħux sehem fl-Australian Open

Aqra wkoll

Id-dibattitu dwar il-parteċipazzjoni ta’ Novak Djokovic fl-Australian Open tax- xahar id-dieħel ħa żvolta oħra, bin-numru wieħed tad-dinja jagħmel mossa li tqanqal xnigħat li se jitlef l-ewwel Grand Slam tas-sena 2022.

Ir-rifjut ta’ Djokovic li jikkonferma jekk kienx imlaqqam kontra l-Covid-19 tefa’ sħaba fuq it-tamiet tiegħu li jiddefendi t-tit­lu f’Melbourne, bil-players kollha jeħtieġu li jitlaqqmu bis-sħiħ biex jivvjaġġaw lejn l-Awstralja.

Madankollu, deher li ċ-champion disa’ darbiet tal-Australian Open kien lest jikkonferma l-ħerqa tiegħu biex jilgħab meta ġie inkluż fil-lista tal-players li se jieħdu  sehem fl-ATP Cup, li tintlagħab qabel l-avveniment tal-Grand Slam.

Issa ġie konfermat li Djokovic irtira mill-ATP Cup, fejn kellu jirrappreżenta lis-    Ser­bja, bil-kapijiet tat-tennis Awstraljani jikkonfermaw li għad iridu jkollhom il-kelma dwar l-istat tal-vaċċin tiegħu.

Issa l-media Serba rraportat li wara kollox Djokovic mhux se jivvjaġġa lejn l-Awstralja, bil-kap tal-Australian Open, Craig Tiley, jikkonferma li għadu qed jistenna biex jisma’ jekk iċ-champion għal 20 darba tal-Grand Slam huwiex se jilgħab f’Melbourne.

Is-saga li għaddejja dwar l-istatus tal-vaċċin ta’ Djokovic ħalliet ħafna konfużi bil-mottiv tiegħu fit-tennis, bid-dibattitu estiż dwar jekk hux se jilgħab jiżgurax li Djokovic isir l-eroj għall-moviment kontra l-vaċċin jekk jiddeċiedi li jfalli l-vjaġġ lejn l-Awstralja.

Djokovic jidher li huwa ħerqan li jkaxkar din l-istorja għall-itwal żmien possibbli, iżda jrid jikkonferma ma jdumx jekk huwiex se jilgħab fl-ewwel open tas-sena u sa issa jrid jitlaqqam doppju jekk se jitħalla jtir lejn Awstralja.

SHAPOVALOV JITTESTJA POŻITTIV

MAL-WASLA F’MELBOURNE

L-akbar ismijiet tal-logħba qed jibdew jaslu fl-Awstralja qabel ma jibda x-xahar impenjattiv ta’ Jannar, u diġà, il-kwistjonijiet tal-Covid-19 ħarġu fil-wiċċ.

Denis Shapovalov irriżulta pożittiv għall-coronavirus wara l-wasla tiegħu fl- Awstralja, b’perjodu ta’ iżolament issa lest għall-istilla Kanadiż.

Shapovalov kellu jieħu sehem fl-ATP Cup, iżda issa huwa barra minn dan l-avveniment u jista’ jitlef ukoll l-Australian Open, li se jibda fis-17 ta’ Jannar.

Issa Shapovalov se jistenna biex jara jekk il-perjodu ta’ iżolament tiegħu jintemmx fil-ħin biex jipprepara għall-Australian Open, b’kull player li jasal fil-pajjiż se jiġi ttestjat għal Covid-19 fil-jiem li ġejjin u jiffaċċja perjodu ta’ iżolament jekk jipproduċi riżultat pożittiv.

Sport