It-tennista Brittanika Emma Raducanu qed tittama li tkun tajba biżżejjed sabiex tipparteċipa fl-Open tal-Awstralja li se jsir aktar tard dan ix-xahar.
Il-plejer ta’ 20 sena kellha tirtira mill-ASB Classic f’Auckland wara li weġġgħet l-għaksa waqt logħba.
Sadanittant Raducanu qed tmur kontinwament għand it-tobba tagħha sabiex jaraw il-kundizzjonijiet fiżiċi tagħha.
Raducanu xejn ma kellha 2022 mill-aqwa meta kellha tirtira minn ħames logħbiet minħabba injury.