Tuesday, April 23, 2024

Zinedine Zidane jirrifjuta offerta tal-Federazzjoni tal-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-mezzi tax-xandir Spanjoli xandru aħbar dwar l-eks plejer internazzjonali Franċiż u eks-kowċ ta’ Real Madrid, Zinedine Zidane. Fil-fatt dan tal-aħħar irrifjuta offerta mill-Federazzjoni tal-Futbol Amerikana sabiex ikun il-kowċ tal-Istati Uniti.

L-istess federazzjoni ma ġeddux il-kuntratt tal-kowċ preċedenti Gregg Berhalter wara l-eliminazzjoni tal-Istati Uniti mit-tazza tad-dinja.

Hu rrappurtat li Zidane irid jikkowċja lit-tim nazzjonali Franċiż.

Sport