Monday, April 29, 2024

Tennis: Stefanos Tsitsipas jirbaħ il-Monte Carlo Open

Aqra wkoll

Stefanos Tsitsipas għeleb lil Casper Ruud 6-1 6-4 biex rebaħ it-titlu tal- Monte Carlo Masters għat-tielet darba’ f’erba’ snin.

Il-Grieg Tsitsipas ta’ 25 sena ddomina l-fażijiet tal-ftuħ u ssiġilla l-ewwel set f’36 minuta.

In-Norveġiż Ruud issielet bil-qalb fit-tieni set li kien wieħed tens, li kien f’parita’ ta’ 4-4 qabel ma Tsitsipas ħarab qud­diem fl-aħħar żewġ games.

“Kien żmien diffiċli ħafna għalija, għalhekk li nerġa’ nkun fuq il-podju u nirbaħ, hija xi ħaġa tal-għaġeb,” qal Tsitsipas.

Ir-rebħa rat lil Tsitsipas jitla’ fis-seba’ post tar-rankings mondjali u wara r-rebħa waqa’ emozzjonat.

“Ninsab estremament grat lejn il-ħbieb tiegħi, lill-familja u lil kulħadd wara dan il-vjaġġ,” huwa żied jgħid. “Li tirbaħ tliet titli hija sempliċement inkredibbli – kienet logħba nervuża ħafna, iżda jien kuntent ħafna.”

Is-suċċess ikkonkluda tournament sinifikanti għal Tsitsipas hekk kif għeleb ukoll lil tnejn mill-aqwa 10 players, Alexander Zverev u Jannik Sinner, biex wasal sal-finali.

Tsitsipas impenja ruħu għal stil ta’ logħob bla biżgħa, jiddomina fuq il-forehand u sfida t-tattiċi ta’ Ruud li jilgħab fil-fond mill-court.

Huwa kiser is-service ta’ Ruud fit-tielet game tal-ewwel set u n-Norveġiż, li tħabat għall-ħeffa, ma setax jirkupra.

Il-player ta’ 25 sena, Ruud, tjieb b’mod sinifikanti fit-tieni set u s-seba’ game kienet mimlija tensjoni tant li damet 13-il minuta, iżda Tsitsipas rnexxielu jsalva tliet break points.

Fi prestazzjoni impressjonanti kollha, huwa salva t-tmien break points li ffaċċja u kkonverta erbgħa mit-tmien opportunitajiet ta’ break tiegħu stess.

Fis-semi-finali Tsitsipas għeleb lit-Taljan Jannik Sinner 6-4 3-6 6-4 waqt li Ruud elimina lis-Serb Novak Djokovic 6-4 1-6 6-4.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport