Sunday, December 22, 2024

Terremot ta’ 5.2 fuq l-iskala richter jinħass minn diversi lokalitajiet

Aqra wkoll

Għall-ħabta tad-9:25 p.m bosta kienu dawk li ħassew terremot li tkejjel b’qawwa ta’ 5.2 fuq l-Iskala Richter.

It-theżżiża kkawżata minn dan it-terremot inħasset sew minn bosta lokalitajiet madwar Malta u Għawdex tant li bosta kienu dawk li rrikorrew għall-midja soċjali biex jistaqsu mil-liema lokalitajiet oħra kien inħass.

Skont iċ-ċentru sismiku tal-Universita ta’ Malta, dan it-terremot kien lokalizzat fil-baħar, madwar 100 kilometru ‘l barra mis-Siġġiewi.

Intant, lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, dan is-sit kien għamel kuntatt ma’ Prof. Pauline Galea mid-Dipartiment tal-Geoxjenza fl-Università ta’ Malta minħabba l-biża’ li bdiet titnissel fost xi wħud wara li ġew reġistrati iktar minn 30 terremot f’temp ta’ ftit jiem.

Prof. Galea kienet spjegat li għalkemm “Ma nistgħu neskludu xejn, però, ir-riċerka turi li terremoti simili huma xi ħaġa tipika tar-reġjun”.

Ekonomija

Sport