Thursday, March 28, 2024

ARA: Dawk li huma maħsubin li kienu l-aħħar mumenti ta’ Pelin f’għeluq sninha

Aqra wkoll

Il-midja Torka xandret dak li qiegħed ikun maħsub li huwa l-aħħar filmat li nġibed tat-tfajla Torka Pelin Kaya.

Fil-filmat, li ttella’ mis-sit Haber Turk, Pelin tidher qed tiċċelebra għeluq sninha waqt li xi ħadd minn sħabha kien qiegħed jagħmel telfonata virtwali mal-familja tagħha.

Hija tidher tilgħab bil-mobile sakemm tfajla oħra resqet lejha b’kejk li hi tidher li kienet sorpriża ferm bih. Kejk simili kien ippreżentat minn oħtha u zijuhom fil-velja li saret il-ġimgħa li għaddiet biswit il-post fejn tilfet ħajjitha Pelin.

Il-ħin fuq il-mobile li minnu kien qiegħed jinġibed il-filmat kien jimmarka nofsillejl, proprju ftit ħin qabel ma’ Pelin tilfet ħajjitha f’inċident traġiku l-Erbgħa filgħodu.

Ekonomija

Sport