Saturday, December 21, 2024

Terry Butcher jitlob biex jinqatgħu d-daqqiet ta’ ras fil-football

Aqra wkoll

L-ex difensur tal-Ingilterra, Terry Butcher, irid li d-daqqiet ta’ ras bil-ballun jitneħħew gradwalment mill-isport biex jitnaqqas ir-riskju ta’ trawma fil-moħħ u mard newrodeġenerattiv.

Butcher, 62 sena, kien difensur ċentrali u  kien ukoll b’saħħtu fl-ajru u famożament sofra ferita f’rasu waqt li kien qed jilgħab għall-Ingilterra fi kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja fl-1989, iżda baqa’ fil-ground u temm il-logħba mimli bid-demm.

B’diversi players preċedenti, speċjalment mit-team rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Ingilterra fl-1966, li ġew misjuba li kienu qed bid-dimensja, Butcher qal li eventwalment ma jrid jara l-ebda daqqiet ta’ ras aktar fil-football.

“Naħseb li trid tħares lejn is-sigurtà, trid tħares lejn il-familji li jitilfu lill-maħbubin tagħhom kmieni wisq. Naħseb li hija xi ħaġa li kienet b’saħħitha, partikolarment fil-Gran Britannja, il-mod kif konna nilagħbu iżda mhux tant issa,” Butcher qal.

“Naħseb li hija xi ħaġa li nistgħu ngħaddu mingħajrha u allura tiġi eskluża t-trawma tad-daqqiet ta’ ras lil football, partikolarment b’mod veloċi. Int trid tidħol f’xi trawma fil-moħħ hemmhekk għax moħħok se jaħbat mal-iskutella ta’ rasek.

“Imbagħad ovvjament qed tħares lejn ħabtiet fl-ajru fejn m’għandekx kontroll    reali. Nixtieq narah gradwalment … proċess gradwali li kulħadd jiltaqa’ flimkien.”

Riċerka ġdida wriet li ex-players tal-football huma 3.5 darbiet aktar probabbli li jmutu bid-dimenzja mill-pubbliku ġenerali u r-riskju huwa l-ogħla fost id-difensuri, li huma ħames darbiet aktar probabbli li jkol­lhom id-dimenzja minn dawk li mhumiex players tal-football.

Qabel l-istaġun il-ġdid il-Premier League ħabbar rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq studju u qal li l-players għandhom jippruvaw biss sa “massimu ta’ 10 daqqiet bir-ras ta’ forza ogħla” f’ġimgħa waqt is-sessjoni­jiet tat-taħriġ.

Ekonomija

Sport