Monday, May 13, 2024

Teun Koopmeiners segwit minn Napoli

Aqra wkoll

Napoli għadhom qed jirsistu sabiex jiksbu s-servizzi tal-midfielder ta’ Atalanta Teun Koopmeiners. Dan tal-aħħar qed jiġi mfittex ħafna mid-diriġenti Naplitani li qed ifittxu lil Piotr Zielinski li llum il-ġurnata m’għadux iktar żgħir. 

Napoli jixtiequ jmorru fuq bażi ta’ self ma’ Atalanta minħabba li s-somma ta’ €60 miljun hi wisq għal Partenopei.

Koopmeiners għandu 25 sena, ilu ma’ Atalanta sentejn u lagħab 63 partita filwaqt li skorja 14-il gowl.

Sport