L-għargħar katastrofiċi li laqtu lil Tennessee fl-Istati Uniti ħallew 22 persuna mejta. Fost dawn kien hemm tewmin li kienu għadhom trabi. Il-familja qalet li t-trabi tkaxkru mill-ilmijiet f’Humphreys Gounty.
It-trabi li kellhom seba’ xhur bl-ismijiet ta’ Ryan u Riliegh, litteralment inġarru mill-ilmijiet f’Waverly.
Kollox jindika li missier it-tewmin kien qed iżommhom flimkien ma’ tfal oħra, iżda għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufa, it-trabi spiċċaw inġarru mill-ilmijiet.