Wednesday, April 24, 2024

Żieda f’dawk li marru f’lukandi fit-tieni kwart tas-sena

Aqra wkoll

Bejn April u Ġunju n-numru ta’ persuni li qagħdu f’postijiet bħal-lukandi żdiedu b’aktar minn sittin elf. Dan meta mqabbel mal-ewwel kwart ta’ din is-sena.

Jekk wieħed janalizza  statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), in-numru ta’ persuni li qagħdu fost oħrajn f’lukandi fit-tieni kwart ta’ din is-sena laħħaq l-143,773.

Imqabbel mal-istess kwart tas-sena l-oħra, iż-żieda hija iktar qawwija peress li s-sena l-oħra kienu l-ewwel xhur li faqqgħet il-pandemija.

Fil-fatt bejn April u Ġunju tas-sena l-oħra kien hemm biss 17,157 persuna li qagħdu f’akkomodazzjoni kollettiva bħal-lukandi.

In-numru ta’ ljieli bejn it-tieni kwart ta’ din is-sena u l-ewwel kwart ta’ din is-sena wkoll żdiedu, kważi bid-doppju.

Filwaqt li bejn Jannar u Marzu li għadda n-numru ta’ ljieli laħqu t-305,114, bejn April u Ġunju n-numru ta’ ljieli laħqu l-596,740.

In-numru ta’ ljieli bejn April u Ġunju tas-sena l-oħra kienu biss ta’ 64,185 biex b’hekk iż-żieda mqabbla ma’ din is-sena kienet t’aktar minn nofs miljun.

Sa Ġunju li għadda kien hawn 198 akkomodazzjoni kollettiva, bi kważi 18,000-il kamra tas-sodda u qrib it-42,000 sodda.

Sport