Sunday, December 22, 2024

Teżisti l-possibbiltá u l-biżgħa li Novak Djokovic jista’ jirtira mill-Australian Open

Aqra wkoll

Teżisti possibbiltá kbira li t-tennista Serb, Novak Djokovic, jista’ jirtira mill-Australian Open wara li qanqal dubju kbir dwar il-kundizzjoni fiżika tiegħu wara li pprattika waqt sessjoni ta’ taħriġ b’koxxtu nfaxxata hekk kif qed jissielet kontra l-injury tal-hamstring. 

Djokovic, ta’ 35 sena, rebaħ l-Adelaide International fit-8 ta’ Jannar meta għeleb lil Denis Shapovalov, Daniil Medvedev u Sebastian Korda fit-triqtu lejn it-titlu.

Wara li minn dak iż-żmien ivvjaġġa lejn Melbourne għall-ewwel darba minn meta ġie deportat 12-il xahar ilu, iċ-champion ta’ 21 darba tal-Grand Slam ikkanċella s-sessjoni tat-taħriġ tiegħu nhar il-Ħadd.

Aktar kmieni t-Tnejn l-organizzaturi kkonfermaw li sessjoni oħra ta’ Djokovic kienet tneħħiet mill-iskeda, u b’hekk qanqlet aktar biżgħa li seta’ jirtirna mit-tournament.

Minn dak in-nhar huwa ntlemaħ fil-court b’taħriġ ħafif iżda b’koxxtu nfaxxata fejn deher ibati meta beda juża siequ x-xellugija

Ekonomija

Sport