Wednesday, July 24, 2024

Tfajjel ta’ 13-il sena jiddebutta mal-kbar ta’ Sacramento Republic

Aqra wkoll

Id-dilettanti tal-futbol fl-Istati Uniti qed isemmu ferm l-isem ta’ Da’vian Kimbrough, tfajjel ta’ 13-il sena li ddebutta fit-tieni diviżjoni tal-pajjiż għal Sacramento Republic kontra New York Bulls.

Kimbrough kiser rekord ġdid meta ddebutta mat-tim tal-kbar f’kompetizzjoni maġġuri fl-eta’ ta’ 13-il sena, seba’ xhur u 13-il ġurnata.

Kimbrough daħal jilgħab fit-tieni taqsima minflok l-Ispanjol Keko Gontan. Hu qabeż ir-rekord ta’ Axel Kei li kien lagħab fil-kampjonat USL Championship fl-eta’ ta’ 13-il sena, disa’ xhur u disat ijiem.

Ekonomija

Sport